Parliamentary Secretary Dr Alicia Bugeja Said

Dr Alicia Bugeja Said twieldet ġewwa familja ta’ ħaddiema fl-Imġarr fl-1987. Wara li temmet l-istudju tagħha ġewwa Malta, hija kisbet dottorat mill-Università ta’ Kent fl-Inghilterra fl-2017. Sussegwentament, ġiet ingaġġata bħala post-doctoral ġewwa l-Kanada, u wara ġewwa Franza. Fl-2020, hija inħatret bħala Direttriċi tas-Sajd, fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ħarsien tal-Annimali.

Dr Bugeja Said qegħda tħares il-quddiem biex tilħaq il-viżjoni tagħha, fejn il-bdiewa, is-sajjieda u r-raħħala ikollhom ambjent sostenibbli fejn ikunu jistgħu isostnu l-għajxien tagħhom. Hija minn dejjem kienet viċin in-nies, għaliex temmen verament                fit-trawwim tal-bidla vera, u fit-tibdil għall-aħjar tal-kwalità ta’ ħajja.

Bħala Direttriċi tas-Sajd, Bugeja Said tat diversi kontribuzzjonijiet f’setturi li minnhom hija kienet risponsabbli, u ħafna mix-xogħol li wettqet affettwa pożittivament lis-sajjieda. Il-Prim Ministru Robert Abela issa fdaha bir-responsabbiltà ta’ Segretarju Parlamentari.

Il-portafoll relatat mas-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akkwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jinkludi fih setturi esiġenti imma kruċjali għal pajjiżna. L-oqsma tas-sajd, l-akkwakultura u l-ħarsien tal-annimali jirrikjedu attenzjoni, biex jiġi massimizzat il-potenzjal tagħhom, filwaqt li jkunu preparati għad-diffikultajiet kollha li jiffaċċjaw.

Is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said għandha tagħrif suffiċjenti biex issib soluzzjonijiet għall-problemi settorali. Bħala xjentista, hija lesta u ppreparata biex taħdem għall-industriji taħt il-mandat tagħha, għaliex hija tista tifhem l-isfidi li huma jiffaċċjaw.

Bugeja Said hija miżżewġa lil Malcolm. Flimkien, huma għandhom tifla, Margaux.   

 

agrikoltura
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.