Minister Anton Refalo

Imwieled ġewwa Għawdex fl-1956, lil Carmelo u Georgia, Anton Refalo għandu l-professjoni t’avukat, wara li ggradwa mill-istudji legali fl-1980.

Dr Anton Refalo ikkontesta fl-elezzjonijiet ġenerali kollha f’Malta mal-Partit Laburista mill-1987, u dejjem ġie elett fl-ewwel għadd ta’ voti. Huwa serva bħala Segretaru Parlamentari għal Għawdex bejn l-1996 u l-1998, meta l-Partit Laburista kien elett fil-Gvern. Fl-2013, wara l-elezzjoni tal-Partit Laburista fil-Gvern, huwa inħatar Ministru għal Għawdex, rwol li serva sal-2017. F’Mejju tal-2018, Dr Refalo inħatar Ċermen ta’ Heritage Malta. Riċentament, Dr Refalo kien appuntat bħala Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet        tal-Annimali.

Refalo huwa attiv ħafna, kemm fil-Parlament kif ukoll fil-Qrati Legali ta’ Malta. Fil-fatt, huwa parteċipant frekwenti fl-arena politika f’dibtattiti lokali kif ukoll internazzjonali, jissottometti mistoqsijiet parlamentari, kif ukoll jikkontribwixxi fil-media lokali, u ħafna drabi jipparteċipa f’seminars organizzati li huma marbutin ma’ kwistjonijiet nazzjonali u reġjonali.

Lil’hinn mill-politika, Refalo huwa kollezzjonist tal-arti magħruf. Huwa jikkonsidra lill-mużika u l-evalwazzjoni tal-arti bħala mod san biex wieħed igawdi l-ħajja. Huwa serva bħala President tal-Assoċjazzjoni Għawdxija tal-Football. Huwa iħobb il-kumpanija tal-ħbieb tiegħu fid-dar, kif ukoll l-ivvjaġġar, partikularment f’pajjiżi Ewropej u fil-Mediterran. Huwa jgħożż ħafna lil Għawdex, bil-flora u fawna impressjonanti tagħha, u kif ukoll il-pajsaġġi tant sbieħ tagħha. Anton huwa ammiratur profond tal-għaqdiet volontarji u NGOs Maltin u Għawdxin.

Anton huwa miżżewweġ lil Michelina. Għandhom żewġ itfal żgħażagħ, Andrè u Simona.

 

agrikoltura
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.