L-Unità tal-Frodi tal-Ikel ġiet stabbilita f’Mejju 2024 fi ħdan il-Kummissjoni dwar is-Sigurtà fl-Ikel fil-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali. L-għan tal-Unità huwa li tidentifika, tinvestiga, u ttaffi każijiet ta’ frodi tal-ikel, li tinvolvi qerq intenzjonali għal gwadann ekonomiku billi tirrappreżenta ħażin il-kwalità, is-sikurezza, l-oriġini, jew in-natura tal-prodotti tal-ikel.

Hemm 5 kategoriji ta’ frodi fl-ikel: 1) Adulterazzjoni/Tbagħbis tal-Prodott, 2) “Counterfeiting” 3) Falsifikazzjoni ta’ Dokumenti 4) “Grey Market” 5) Misdescription/Mislabelling

Ix-xerrejja kollha tul il-katina alimentari għandhom ikunu kawti meta jixtru ikel jew ingredjenti jekk il-prezz ikun ferm inqas min-normal. Wieħed jagħmel sew li jivverifika bir-reqqa it-tikketta u l-ippakkjar. Jekk xi ħaġa tidher mhux ċara, jew qarrieqa, wieħed għandu jqajjem ċerti mistoqsijiet. Wieħed m’għandux jixtri ikel jew ingredjenti jekk ikun hemm xi dubji.

X’tista’ tagħmel biex tgħinna?

Jekk taf jew tissuspetta li qed issir frodi alimentari, ikkuntattja lil Unita’ tal-Frodi tal-Ikel. Tista’ tagħmel dan billi tibgħat email lil [email protected] b’kemm jista’ jkun dettalji tal-frodi suspettata tal-ikel.

Jekk għandek xi mistoqsijiet tista’ tikkuntatjana mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis- 7:00am sat 3:00pm fuq:
Numru tal-Mowbajl: +356 99166698
Numri tal-uffiċċju: +356 22924890,22924891,22924882

L-informazzjoni kollha riċevuta tista’ tintuża biex tgħin f’investigazzjoni, għalhekk jekk jogħġbok inkludi kemm jista’ jkun dettall, inkluż ismek u n-numru ta’ kuntatt f’każ li jkollna bżonn nivverifikaw l-informazzjoni tiegħek. L-informazzjoni kollha riċevuta hija ttrattata bl-aktar kunfidenza stretta.

agrikoltura
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.