Il-postijiet kollha tal-ikel huma meħtieġa bil-liġi li jkunu reġistrati mal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà fl-Ikel sabiex, minn żmien għal żmien, ikunu jistgħu jiġu spezzjonati għall-konformità tagħhom.

1. Ir-reġistrazzjoni tan-negozji tal-ikel hija meħtieġa mill-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2002 (Kapitolu 449) Taqsima IV Artikolu 11 u minn L.N. 180 / 2001. Ukoll, negozji ta’ l-ikel reġistrati m’għandhomx jintużaw ħlief għall-iskop li għalih huma reġistrati (AL 180 / 2001 Regolament 3(2). Nru XIII tal-2015. Ir-reġistrazzjoni hija bla ħlas, madankollu Ċertifikat ta’ Reġistrazzjoni, jekk mitlub, jiswa €12.80 skont L.N. 134 / 2004, kif emendat bl-L.N. 407/2007 u l-Att Nru XIII tal-2015.

2. Ir-reġistrazzjoni tal-post tal-ikel mal-Kummissjoni ma teżenta lil ħadd milli jakkwista xi liċenzji jew permessi meħtieġa taħt xi Liġijiet jew Regolamenti oħra. Ir-reġistrazzjoni MHIX liċenzja biex topera negozju tal-ikel (AL 180 / 2001 Regolament 3 (3)). Huwa reat li tagħti informazzjoni qarrieqa, mhux eżatta jew mhux kompluta fuq din il-formola (AL 180 / 2001 Regolament 4 (2)).

3. L-istabbilimenti li għandhom aktar minn ħanut wieħed tal-ikel fi ħdan l-imsemmi stabbiliment għandhom jirreġistraw kull ħanut separatament fuq formola separata. (Eż. Lukanda b’aktar minn kċina u ristorant wieħed; Supermarkets b’żona tal-biċċiera maqsuma, ħanut tal-ħut u/jew forn; sptar b’aktar minn kċina waħda; canteens tal-persunal; eċċ.).

Kif tapplika

Imla l-formola online hawn taħt, ipprintjaha, iffirmaha, u konsenjaha lil:

Food Safety Commission,
Agriculture Research and Innovation Hub,
Marsa, Malta.

L-applikazzjonijiet jiġu aċċettati mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00AM sa 2:00PM, fil-Kummissjoni dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

 

Formola ta’ Applikazzjoni

Dettalji ta’ Kuntatt

Food Safety Commission,
Agriculture Research and Innovation Hub,
Marsa, Malta.

Tel: +356 22924891
[email protected]

agrikoltura
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.