Ir-Regolamenti tal-2001 dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Persuni li jimmaniġġjaw l-Ikel (L.N. 178 tal-2001) jgħid li:

  1. Ebda persuna ma għandha taġixxi bħala persuni li-jippreparaw l-ikel mingħajr ma tirreġistra mal-Kummissjoni tas-Sigurtà tal-Ikel.
  2. Ebda persuna m’għandha timpjega persuni li-jippreparaw l-ikel fin-negozju tal-ikel li mhumiex reġistrati mal-Kummissjoni tas-Sigurtà tal-Ikel u li għandhom dokument ta’ reġistrazzjoni kurrenti.
  3. Kull persuna li jipprepara l-ikel li japplika għar-reġistrazzjoni mal-Kummissjoni tas-Sigurtà tal-Ikel għandu jkollu ċertifikat validu kif deskritt fl-Iskeda li tinsab ma’ dawn ir-regolamenti.
  4. Kull min jimmaniġġja l-ikel irreġistrat mal-Kummissjoni tas-Sigurtà tal-Ikel għandu jinħareġ b’dokument ta’ reġistrazzjoni.
  5. Il- Kummissjoni tas-Sigurtà tal-Ikel għandha żżomm reġistru ta’ dawk kollha li jimmaniġġjaw l-ikel maħruġa b’dokument ta’ reġistrazzjoni.
  6. Dokumenti ta’ reġistrazzjoni għandu jkun validu għal perjodu ta’ sentejn jew ħames snin skont it-tip ta’ ċertifikat validu ppreżentat.
  7. Il- Kummissjoni tas-Sigurtà tal-Ikel għandha ġġedded id-dokument ta’ reġistrazzjoni meta tintalab tagħmel dan sakemm jiġi ppreżentat ukoll ċertifikat validu meta ssir it-talba.
  8. Dokumenti ta’ reġistrazzjoni għandu jkun disponibbli għall-ispezzjoni minn uffiċjal awtorizzat meta hekk mitlub.

Ċertifikati validi jinħarġu minn Tuturi Awtorizzati.

Il-persuni li jippreparaw l-ikel huma kollha meħtieġa bil-liġi li jieħdu kors fuq l-immaniġġjar tal-ikel u wara wieħed jista’ japplika mal-Kummissjoni għas-Sigurtà fl-Ikel għal karta tal-immaniġġjar tal-ikel.

X’ser tingħata

Se tinħareġ il-karta tal-immaniġġjar tal-ikel. Dan għandu jinżamm f’kull ħin mill-persuna li qed jipprepara jew jimmaniġġja l-ikel biex jiġi ppreżentat meta tkun mitluba waqt il-qadi ta’ dmiru.

Eliġibbiltà

Persuni li jimmaniġġjaw l-ikel, sew ċittadini Maltin u dawk barranin, li jaħdmu Malta u Ghawdex.

Kif tapplika

Imla l-formola onlajn u ssottometti dawn li ġejjien

Dokumenti meħtieġa

1. Ritratt daqs tal-passaport.
2. Kopja taċ-ċertifikat validu li juri li l-applikant ikun attenda l-kors fil-prattika tajba tal-iġjene tal-ikel.                                                                    3. Dikjarazzjoni minn tutur awtorizzat li l-kors tlesta mill-imsemmi tutor.

Niżżel Dikjarazzjoni   Downooad Button
Applika Onlajn  download button

Tista ukoll tniżżel l-applikazzjoni u tibgħata il- Kummissjoni dwar is-Sigurta’ fl-Ikel. L-applikazzjonijiet jiġu aċċettati mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00AM sa 14:00PM. L-applikazzjonijiet mimlija għandhom jiġu ffirmati u ttimbrati minn tutur awtorizzat, inkella ma jigux aċċettati.

Formoli ta’ Applikazzjoni  download button
 
Dettalji ta’Kuntatt

Food Safety Commission,
Ministry of Agriculture, Fisheries and Animal Rights, Agriculture Research and Innovation Hub
Il-MARSA  MRS3303. MALTA
Tel: +356 22924887/6/5

agrikoltura
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.