Type: Aġenziji
Aġenzija dwar il-Governanza tal-Bijoriżorsi Agrikoli
L-Aġenzija dwar il-Governanza tal-Bijoriżorsi Agrikoli ġiet stabbilita fl-2017, permezz tal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 595.22 Ordni li Jwaqqaf l-Aġenzija dwar il-Governanza tal-Bijoriżorsi Agrikoli Bħalissa, ir-rwol ewlieni tal-Aġenzija huwa li tippromwovi standards ta’ prattika tajba għall-immaniġġjar tal-iskart agrikolu u li tiżgura li jiġu implimentati u mmonitorjati soluzzjonijiet sostenibbli għall-ġestjoni tal-bijoriżorsi agrikoli, bħad-demel u s-srew ġġenerati fuq l-irziezet. L-għan tal-Aġenzija huwa li tippromwovi prattiki ta’ governanza, immaniġġjar u utilizzazzjoni li huma teknikament u ekonomikament fattibbli u ambjentalment tajba. Dan jinvolvi l-bini ta’ relazzjoni b’saħħitha mal-bdiewa u ma’ dawk li jrabbu l-bhejjem, permezz ta’ konsulenza dwar standards agrikoli ta’ prattika tajba, u l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ tagħmir teknoloġiku innovattiv meħtieġ għall-ipproċessar u t-trattament tad-demel/srew. Il-missjoni ġenerali tal-Agenzija hija li tiġġestixxi b’mod sostenibbli l-bijoriżorsi agrikoli b’mod li jappoġġja s-settur agrikolu Malti.