animal honors awards banner 
 
English Version​             
             
 
 

Animal Honours Awards 2022



Bi pjaċir inħabbru t-tieni edizzjoni tal-Malta Animal Honours Awards organizzat mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, is-Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akkwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, b’kollaborazzjoni mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali.

Din hija opportunità sabiex mhux biss niċċelebraw lill-kreaturi ħbieb tagħna u nagħtuhom l-opportunità li jibbrillaw, iżda wkoll biex nirrikonoxxu l-persuni nvoluti fl-aspetti kollha tal-ħolqien ta' għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali, kif ukoll dawk li jgħixuha u jipprattikawha ta’ kuljum. 

Il-pubbliku huwa mistieden jibgħat l-istejjer tiegħu jispjega għaliex l-annimali u l-persuni li qed jiġu nnominati għandhom jirbħu l-kategorija li huma nominati għaliha. In-nomini ser jintlaqgħu sa nhar it-Tnejn l-1 ta’ Awwissu 2022. Bord magħżul mill-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali se jirrevedi n-nomini u jagħzel l-aħjar tliet kandidati nominati minn kull kategorija. Dawn imbagħad jerġgħu jitħabbru għall-vot tal-pubbliku u dawk l-aktar nominati jkunu rebbieħa tal-kategorija rispettiva tagħhom.

Annimali magħżulaflimkien mal-carers umani tagħhom, kif ukoll il-persuni nominati għall-kategoriji umani se jkunu mistiedna jattendu ċ-ċerimonja tal-premjazzjoni nhar it-Tlieta 4 ta’ Ottubru 2022, propju fil-Jum Dinji tal-Annimali. 

Fl-ewwel edizzjoni tal-Malta Animal Awards ġew sottomessi total ta’ 501 nomina għall-kategoriji varji tal-umani u 290 nomina għall-kategoriji varji tal-annimali. 


Il-Votazzjoni għall-Animal Honours Awards 2022 hija miftuħa. Ġhafas il-link hawn taht.



 Honours Awards Kategoriji tal-Annimali 2022​  Honours Awards Kategoriji tal-Umani 2022
Premju għall-Annimal bl-Uniformi (pulizija, dwana, etc)
Premju għall-aktar Veterinarju Popolari
​Premju għall-Annimal Adottat tas-Sena Premju għall-aktar Raħħal Popolari
Premju għall-Annimal l-iktar Intelliġenti
Premju għall-aktar Voluntier Popolari
​Premju għall-aktar Annimal ta’ Kumpanija Popolari  ​Premju għall-aktar Edukatur Popolari
​Premju għall-Annimal tar-Razzett Premju għall-aktar Kunsill Lokali Popolari
Premju għall-Annimal tas-Santwarju l-iktar li jixraqlu
 jiġi adottat (f’santwarju liċenzjat)​
​Premju għall-aktar Stabbiliment li Jħobb l-Annimali Domestiċi ​
​​

 


 Ministry Logo                                commissioner for animal welfare logo