STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Il-Ministru Anton Refalo jattendi għal konferenza globali dwar l-ikel u l-agrikoltura f’Berlin

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Il-Ministru Anton Refalo jattendi għal konferenza globali dwar l-ikel u l-agrikoltura f’Berlin

Reference Number: PR230103mt, Press Release Issue Date: Jan 22, 2023
 
Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo attenda għall-Forum Globali dwar l-Ikel u l-Agrikoltura f'Berlin. 

Fuq nett tal-aġenda fil-laqgħa bejn ministri minn pajjiżi differenti kien hemm id-diskussjoni dwar il-kriżi tas-sigurtà tal-ikel li ġabet magħha l-gwerra fl-Ukrajna. 

Il-Ministru Anton Refalo spjega l-għajnuna li ta u qed ikompli jagħti l-Gvern Malti fl-oqsma diskussi. 

“Bħala pajjiż, kemm matul il-pandemija kif ukoll meta bdiet il-gwerra fl-Ukrajna, rajna li nkunu aħna bħala gvern li nġorru l-piżijiet li dawn ġabu magħhom. Ħabbarna bosta miżuri fejn tidħol l-agrikoltura u s-sigurtà tal-ikel u investejna miljuni ta' ewro." 

Waqt il-laqgħa, il-ministri qablu dwar komunikat li jittratta t-trasformazzjoni meħtiega fis-sistemi tal-ikel sabiex jiġu indirizzati l-kriżijiet preżenti u dawk futuri. Il-ministri ddiskutew ukoll bosta miżuri, fost l-oħrajn l-importanza tas-sostennibilità, id-diġitalizzazzjoni u r-riċerka, l-investiment li jrid jibqa' jsir f'dawn l-oqsma, il-ħidma favur il-protezzjoni tal-bijodiversità u prattiċi favur inqas tniġġiż. 

Waqt iż-żjara f'Berlin, il-ministru żar l-International Green Week, li matulha ikel minn madwar id-dinja jkun esebit, b'pjanijiet li Malta tibda tipparteċipa bi prodotti tal-ikel lokali fl-istess fiera.​