Informazzjoni dwar il-Mobile App

Informazzjoni dwar il-Mobile App

BiedjaCam:

MT | EN​


BiedjaCam hija app li tippermetti lil bdiewa jippjanaw l-uċuħ tar-raba' b’mod interattiv. F’każ ta’ ħsarat ikkawżati minn maltempata l-bidwi jista’ japplika onlajn b’mod komdu u effiċjenti. Iż-żewġ funzjonalitajiet huma bbażati fuq teknoloġija fejn l-utent jieħu ritratti ġeo-lokalizzati.  

Bħala bidwi, inti tista’ faċilment iddaħħal il-prodotti li qed jiġu mkabbrin fl-għelieqi tiegħek u tieħu ritratti tal-proċess tat-tkabbir permezz tal-BiedjaCam. Jekk isseħħ maltempata li tagħmel ħsara lill-uċuħ tar-raba’ tiegħek, ir-ritratti li jkunu ttieħdu bil-BiedjaCam qabel ma’ seħħet il-maltempata jservu bħala evidenza ta’ liema uċuħ tar-raba’ kienu qed jitkabbru. B’dan il-proċess il-Gvern ikun jista’ jassisti aħjar lill-bdiewa.

L-app tinkludi wkoll il-funzjonalitajiet li ġejjin:

Tirċievi avviżi u notifiki important mingħand l-ARPA
Tirrispondi messaġġi mibgħuta mill-ARPA
Tara l-għelieqi rreġistrati kollha tiegħek 
Issegwi mill-qrib l-applikazzjonijiet għall-għajnuna mill-fondi tal-UE 
Tara l-pagamenti kollha li rċevejt



Kif tattiva l-kont tiegħek u tidħol fl-app


Dan il-filmat juri kif tattiva l-kont tiegħek u tidħol fl-app tal-BiedjaCam. Sabiex tuża din l-app huwa importanti li jkollok kont eżistenti tal-IACS. Jekk int diġà rreġistrat fis-sistema tal-IACS u m’għandekx password, agħfas fuq “Oħloq kont”. Jekk insejt il-password agħfas fuq “Ibdel il-password”. La darba l-kont tiegħek jiġi attivat, int tkun tista’ tidħol u tibda tuża l-app.

 
 





Kif iżżid uċuħ tar-raba' u tieħu ritratti geo-lokalizzati


Dan il-filmat juri kif tista’ żżid wiċċ tar-raba', tiddikjara t-tip ta' wiċċ tar-raba' u żżid id-dati tat-tħawwil u tal-ħsad. Barra minn hekk, dan il-filmat juri kif tieħu ritratti ġeo-lokalizzati tal-uċuħ tar-raba' tiegħek u tiddikjara l-istadji tal-wiċċ tar-raba'.


 
 




Kif tapplika għall-Applikazzjoni tal-Għajnuna għall-Ħsarat ikkawzati mill-Maltemp


Dan il-filmat juri kif tapplika għall-applikazzjoni tal-għajnuna għall-ħsarat ikkawzati mill-maltemp. Il-proċess huwa pjuttost sempliċi u jinvolvi li tieħu ritratti tal-uċuħ tar-raba' li ġarrbu l-ħsara. Żur il-paġna tal-għajnuna għall-maltemp, agħfas fuq “applika issa” u segwi l-proċess. Fl-aħħar tal-proċess niżżel, iffirma u ssottometti l-formola tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni rilevanti kollha lill-Front Office. Permezz tal-mowbajl app BiedjaCam, inti tista' taġġorna l-applikazzjoni ta' għajnuna eżistenti tiegħek. Tista’ tagħmel dan billi żżid ritratti ġodda ta' uċuħ tar-raba' li kienu diġà mniżżla fl-applikazzjoni jew tissostitwixxi l-applikazzjoni eżistenti meta tissottometti ritratti tal-uċuħ tar-raba' li ma kienux mniżżla oriġinarjament.


 
 

 
 
 
​​
​​