Talbiet għal Forza Maġġuri Dokument ta’ Gwida

Talbiet għal Forza Maġġuri Dokument ta’ Gwida

M. X’inhi d-definizzjoni ta’ Forza Maġġuri?
T.  Forza Maġġuri huwa strument legali li jista jiġi użat sabiex wieħed jiġi eżentat mill-obbligi kuntrattwali tiegħu. Ikawzati minn avventimenti jew ċirkustanzi eċċezzjoni li huma lil hinn mill-kontroll tal-kuntrattur.


M. Meta u għaliex għandi nippreżenta talba għal Forza Maġġuri?
T.   F’kaz fejn tinqala’ ċirkustanza jew avveniment eċċezzjonali, li hija lil hinn mill-kontroll tal-bidwi/benefiċjarju/operatur ekonomiku u li jwaqqaf lil dak il-bidwi/benefiċjajrju/operatur ekonomiku milli jwettaq bis-sħiħ l-obbligi kuntrattwali legali tiegħu/tagħha, it-talba għal Forza Maġġuri għandha tiġi sottomessa sabiex tintalab eżenzjoni mit-tali obbligi sakemm iċ-ċirkustanza/avveniment eċċezzjonali tiġi riżolta. Jekk din it-talba tiġi aċċettata allura l-bidwi/benefiċjarju/operatur ekonomiku jevita l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet/penali/konfiskament f’kazijiet fejn il-kontrolli mwettqa mill-Aġenzija jsibu ksur fir-rigard tal-obbligi kuntrattwali/legali affettwati mill-Forza Maġġuri.


M. X’inhi l-proċedura għas-sottomissjoni ta’ talbiet għal Forza Maġġuri?
T.   Il-Formola ta’ Talba għal Forza Maġġuri għandha tiġi sottomessa sa mhux aktar tard minn ħmistax-il (15) jum tax-xogħol mid-data taċ-ċirkustanza/avveniment eċċezzjonali li teħtieġ tali talba jew mid-data meta l-bidwi/benefiċjarju/operatur ekonomiku sar jaf b’tali ċirkustanza eċċezzjonali. Evidenza addizzjonali tista’ tkun meħtieġa biex tapprova d-data li fiha l-bidwi/benefiċjarju/operatur ekonomiku sar jaf biċ-ċirkustanza/avveniment eċċezzjonali. Formoli sottomessi lil hinn minn dan il-perjodu ta’ żmien ma jiġux kkunsidrati mill-Aġenzija. F’dan ir-rigward, il-bdiewa/benefiċjarji/operaturi ekonomiċi li jeħtieġu jagħmlu użu minn tali talba għandhom iżuru l-Front Office tal-Agenzija għall-gwida immedjatament malli jsiru konxji taċ-ċirkustanza/avveniment eċċezzjonali. 


M.  Fejn nista’ nsib il-Formola ta’ talba għal Forza Maġġuri?
T. Il-Formola ta’ talba għal Forza Maġġuri tista’ titniżżel mill-website tal-ARPA arpa.gov.mt (link dirett – https://workflow.gov.mt/RuntimePublic/Runtime/Form/ForceMajeureRequest/?Language=mt) jew tintbagħat bil-posta/email meta mitluba. 


M.  Kif trid timtela l-Formola ta’ Talba għal Forza Maġġuri?
T. Għandhom jimtlew bis-sħiħ is-sezzjonijiet kollha tad-dokument, peress li formoli mhux kompluti jew dawk mingħajr ebda evidenza ta’ sostenn ma jiġux ikkunsidrati. Huwa fl-interess tal-klijent li jissottometti talba ta’ Forza Maġġuri komprensiva u ddikjarata b’mod ċar, u b’raġunijiet validi sostnuti b’evidenza kemm jista’ jkun. Dokumentazzjoni ta’ sostenn li tissostanzja t-tali talba trid tiġi sottomessa flimkien mal-formola mimlija. Dokumentazzjoni ta’ sostenn tista’ tinkludi ritratti, ittri, kuntratti, ċertifikati, eċċ. Il-klijenti għandhom jinnotaw li s-sejbiet ta’ verifiki primarji tal-ARPA jiffurmaw il-bażi tad-deċiżjonijiet meħuda li jistgħu jiġu kkontestati u li għal riżultati ta’ suċċess il-Bord jeħtieġ evidenza konvinċenti li trid tiġi pprovduta li tirribatta jew titfa’ dawl ġdid fuq dawn is-sejbiet. Deċizjonijiet li jiġu kkontestati u murija li kienu bbażati fuq informazzjoni jew data żbaljata jew mhux kompluta, jiġu rrimedjati mill-Bord. 


M. Fejn nista’ nsib assistenza biex nippreżenta talba għal Forza Maġġuri?
T.  Għal assistenza u appoġġ fir-rigward tal-proċedura u s-sottomissjoni tal-Formola ta’ Talba għal Forza Maġġuri, tista’ żżur jew tikkuntattja l-Front Office tal-ARPA permezz tat-telefon 22926148 jew billi tibgħat email fuq arpa.mafa@gov.mt​


M. Fejn nibgħat il-Formola ta’ Forza Maġġuri mimlija tiegħi?
T.  Il-Formola ta’ Talba għal Forza Maġġuri oriġinal ffirmata flimkien mad-dokumentazzjoni meħtieġa għandha tiġi sottomessa il-Front Office tal-ARPA bl-idejn jew bil-posta f’wiehed mill-indirizzi li ġejjin: 

L-Uffiċċju ta’ Malta:

Front Office 
Aġenzija għall-Agrikoltura u l-Pagamenti Rurali (ARPA)
Il-Pitkalija
Ta’ Qali limiti ta’ Ħ’Attard
Malta

Ħinijiet ta’ ftuħ: mit-Tnejn sal-Ġimgħa 07.30 - 15.00 (mill- 1 t’Ottubru sal-15 ta’ Ġunju)
                          mit-Tnejn sal-Ġimgħa 07.30 - 12.30 (mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru)

L-Uffiċju t’Għawdex:

Razzett Sperimentali tal-Gvern, 
Triq l-Imġarr, 
Xewkija
Għawdex

Ħinijet ta’ ftuħ: mit-Tnejn sal-Ġimgħa 07.00-12.00



M. Min jiddeċidi li jaċċetta/jiċħad it-talba tiegħi għall-Forza Maġġuri? Nista’ nappella d-deċizjoni tal-Bord?
T. Deċizjonijiet finali jittieħdu mill-ARPA. F’każijiet fejn talbiet għal Forza Maġġuri jiġu riferuti lill-Bord tal-Forza Maġġuri tal-ARPA, id-deċizjonijiet jittieħdu fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni pprovduta mill-Bord. Il-verdett finali jiġi kkomunikat permezz ta’ ittra uffiċjali mibgħuta mill-ARPA lill-persuna li ressqet it-talba għal Forza Maġġuri u għandha titqies bħala finali u għalhekk ma tistax tiġi appellata. 


M. X’inhuma t-tipi ta’ każijiet ta’ Forza Maġġuri li huma kkunsidrati mill-Bord ta’ Forza Maġġuri?
T. It-tipi ta’ każijiet ta’ Forza Maġġuri li huma kkunsidrati mill-Bord tal-Forza Maġġuri tal-Aġenzija huma msemmija fil-Formola tat-Talba għal Forza Maġġuri u jinkludu dan li ġej:

- Mewt tal-bidwi/benefiċjarju
- Il-bidwi huwa inabbli li jkompli bl-attività agrikola minħabba korriment jew mard
- L-għelieqi (jew parti minnhom) tal-bidwi/benefiċjarju ttieħdu għall-użu pubbliku, fejn l-esproprjazzjoni ma setgħetx tkun antiċipata fil-jum tas-sottomissjoni tat-talba għal Forza Maġġuri
- Il-bidwi/benefiċjarju m’għadx għandu aċċess għall-għelieqi (jew parti minnhom) dovuti lil terzi, fejn l-esproprjazzjoni ma setgħetx tkun antiċipata fil-jum tas-sottomissjoni tat-talba għal Forza Maġġuri
- Il-bidwi/benefiċjarju jista’ ma jibqax iwettaq attività agrikola minħabba diżastru naturali
- Danni aċċidentali lill-istrutturi tal-azjenda tal-bidwi/benefiċjajru
- It-tixrid tal-mard fil-bhejjem/pjanti
- Kundizzjonijiet klimatiċi severi
- Kazijiet ta’ priġunerija
- Kazijiet fejn il-bidwi/benefiċjajrju jiġi mblukkat barra mill-pajjiz minħabba ċirkostanzi lil’hinn mill-kontroll tiegħu/tagħha u tiġi pprovduta evidenza li l-attività fl-azjenda ma setgħetx titkompla minn persuna oħra f’ismu/isimha
- Każijiet fejn ikun hemm dewmien mhux previst fil-ġarr ta’ prodotti lejn Malta għall-operaturi ekonomiċi

Il-lista ta’ hawn fuq għandha titqies bħala indikattiva u mhix eżawrjenti biex tistabbilixxi l-validità tat-talbiet għal Forza Maġġuri.


M. X’inhuma t-tipi ta’ talbiet għall-Forza Maġġuri li MHUMIEX ikkunsidrati mill-Bord tal-Forza Maġġuri?
T. Nuqqas ta’ evidenza ppreżentata – Formoli ta’ Talba għal Forza Maġġuri sottomessi b’dikjarazzjonijiet mhux ikkorroborati (mingħajr ebda evidenza) ma jiġux ikkunsidrati. Barra minn hekk, il-validita’ tat-tali evidenza tista’ tiġi vverifikata wkoll qabel ma ssir referenza lill-Bord tal-Forza Maġġuri tal-ARPA. Formoli ta’ Talba għal Forza Maġġuri b’evidenza li hija meqjusa invalida jew irrilevanti għall-każ mhumiex se jiġu kkunsidrati.

T. Talbiet għal informazzjoni - Formali ta’ Talba ta’ Forza Maġġuri sottomessi għall-iskop li tintalab informazzjoni ma jiġux ikkunsidrati. Talbiet għall-informazzjoni għandhom jintalbu separatament permezz tal-Front Office tal-ARPA bit-telefon fuq 22926148 jew permezz t’email mibgħuta lil arpa.mafa@gov.mt​.

T. Talbiet ta’ Forza Maġġuri rikorrenti – Formoli ta’ Talba għal Forza Maġġuri sottomessi dwar każijiet li għalihom kienet diġa’ nħarġet deċizjoni finali mhumiex se jiġu kkunsidrati. Dan jinkludi deċizjonijiet finali diġà meħruga fi proċedimenti ta’ oġġezzjonijiet fejn kienu involuti l-istess fatti sostantivi jew deċizjoni oriġinali.

T. Informazzjoni skorretta/frodulenti – L-ARPA mhux se tikkunsidra talbiet għal Forza Maġġuri sottomessi flimkien ma’ informazzjoni/dokumentazzjoni skorretta/frodulenti.

T. Nuqqas ta’ evidenza – L-ARPA tista’ ma tikkunsidrax talbiet għal Forza Maġġuri jekk l-evidenza sottomessa ma tipprovdix informazzjoni ċara relatata mal-każ u/jew li tista’ tissostanzja r-raġunijiet għall-oġġezzjoni.

T. Talbiet għal Forza Maġġuri sottomessi wara l-perjodu ta’ żmien applikabbli – Talbiet għal Forza Maġġuri sottomessi aktar tard mill-perjodu ta’ żmien ta’ ħmistax-il (15) jum tax-xogħol li jibda mid-data taċ-ċirkustanza/avveniment eċċezzjonali, jew mid-data meta l-bidwi/benefiċjajrju/operatur ekonomiku sar konxju tat-tali ċirkustanza/avventiment eċċezzjonali, mhux se jiġi kkunsidrat mill-ARPA. Għal din l-aħħar possibbiltà, tista’ tkun meħtieġa evidenza addizjonali biex tipprova d-data li fiha l-bidwi/benefiċjajrju/operatur ekonomiku sar jaf biċ-ċirkustanza/avveniment eċċezzjonali.

T. Talbiet għal Forza Maġġuri sottomessi wara li l-ħlas rilevanti jkun ġie awtorizzat jew il-kontroll rilevanti fuq il-post ikun sar, ma jiġux ikkunsidrati.


M.Kif għandha tiġi pprovduta evidenza fotografika?
T. L-aħjar metodu biex tissottometti evidenza fotografika huwa permezz tal-użu tal-mobile app ‘BiedjaCam’ tal-ARPA, li tippermettilek tieħu ritratti geo-lokalizzati permezz tal-użu tal-kamera. Dawn jipprovdu assigurazzjoni awditjata tad-data u l-post meta ttieħdu r-ritratti msemmija. Ritratti li ma jittieħdux permezz tal-app jistgħu wkoll jiġu sottomessi iżda jistgħu ma jkunux daqshekk konklussivi u jistgħu jeħtieġu xi interpretazzjoni għal skopijiet ta’ validazzjoni, partikolarment fejn id-data u l-ħin huma inċerti. L-evidenza fotografika trid tkun ċara, iffukata sew u fejn possibbli r-ritratti m’għandux jittieħħed dirett lejn ix-xemx u għandha tiffoka fuq l-art in kwistjoni. Screenshots meħuda tas-sistema SITI-AGRI m’għandhomx jiġu sottomessi peress li s-sistema ta-IACS innifisha hija aċċessata direttament bħala s-sors uffiċjali għat-tali informazzjoni.


M.Il-Bord jikkunsidra kwistjonijiet legali jew proċedurali?
T. Il-Bord tal-Forza Maġġuri huwa mwaqqaf fi ħdan il-qafas amministrattiv tal-ARPA sabiex jipprovdi lill-klijenti b’opportunità addizzjonali li jsemmgħu leħinhom u jkunu jistgħu jtejbu l-proċess tat-teħid tad-deċizjonijiet fir-rigward tal-ħlasijiet tagħhom b’mod transparenti ħafna, rapidu u parteċipattiv. Mhuwiex korp ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjajrju u mhux se tilqa’ rappreżentazzjonijiet legali jew proċedurali bħal preskrizzjoni ta’ azzjonijiet, jew oġġezzjoni għal deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija wara konsultazzjoni mal-Bord tal-Forza Maġġuri. La darba tinħareġ deċizjoni, l-Aġenzija ma tkunx f’pożizzjoni li tikkunsidra xi rappreżentazzjonijiet oħra mill-klijenti jew l-avukati tal-klijenti. Rimedji oħra fil-liġi jibqgħu disponibbli għall-klijenti.​


M. Kif huwa magħmul il-Bord? 
T. Il-Bord tal-Forza Maġġuri jinkludi membri minn unitajiet differenti fi ħdan ARPA li huma indipendenti mill-Unita’ Awtorizzanti responsabbli għall-iskema affettwata mill-Forza Maġġuri.


M. Fejn nista’ nnizzel il-mobile app tal-ARPA ‘BiedjaCam’?
T. Il-link dirett biex tniżżel l-app mobile tal-ARPA ‘BiedjaCam’ tista’ tiġi aċċessata mill-homepage tal-website tal-ARPA (https://agrikoltura.gov.mt/en/arpa/Pages/ARPAhome.aspx) billi tagħfas il-buttuni rilevanti fil-qiegħ tal-paġna. BiedjaCam tista’ titniżżel ukoll direttament mill-Apple App jew mill-ħwienet tal-Google Play.

T. Għal għajnuna għat-tniżżil tal-mobile app tal-ARPA ‘BiedjaCam’ tista’ tikkuntattja lill-Aġenzija permezz tat-telefon fuq 22926148, jew email mibgħuta fuq arpa.mafa@gov.mt​.