Id-dmir tal-Kummissjoni għas- Sigurta’ fl-Ikel huwa li timmonitorja, tikkordina u tirrevedi il-prattiċi, l-oprazzjonijiet u l-attivitajiet kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel u għal dan il-għan għandha:

Food Safety Commission Logo

(a) tapplika b’mod effettiv il-prinċipju ta’ prekawzjoni meta jiġi identifikat jew raġjonevolment suspettat li jkun hemm riskju għall-konsumatur;

(b) timmonitorja l-infurzar ta’ kull leġislazzjoni, standards jew prattiċi rilevanti rigward negozji tal-ikel, postijiet tal-ikel u persuni li joperaw fin-negozju tal-ikel;

(ċ) tamministra sistema effiċjenti u effettiv għal għassa rapida, ġbir lura ta’ prodott u tneħħija ta’ prodott biex tipproteġi l-konsumatur minn kull riskju li jkun ġie identifikat jew suspettat fi prodotti li jkunu diġà disponibbli għall-konsumatur;

(d) tagħmel dawk l-affarijiet kollha li jkunu neċessarji biex tiżgura li l-obbligi internazzjonali li jidħol għalihom il-Gvern, li għandhomx’jaqsmu ma’ l-ikel, jiġu mħarsa;

(e) tifformula u timplimenta politiki u strateġiji li jkollhom għanijiet li jaħsbu għal pjanijiet immedjati u pjanijiet futuri, rigward l-affarijiet kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ikel, ikluż l-isviluppar ta’ pjan Nazzjonali ta’ sorveljanza u nfurzar dwar is-Sigurtà fl-Ikel u biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva, trasparenti u komprensiva ta’ dak il-pjan;

(f) tagħti parir lill-Ministru dwar kull ħaġa li għandha x’taqsam mas-Sigurtà fl-Ikel jew fuq talba tal-Ministru jew, jekk jidhrilha li jkun xieraq, mingħajr talba bħal din;

(g) tagħmel dawk l-istudji, riċerka jew investigazzjonijiet dwar kull ħaġa li għandha x’taqsam ma’ l-ikel, u għal dan il-għan għandha titlob is-sottomissjoni ta’ kull informazzjoni u tanalizza u tinterpreta kull data jew informazzjoni sottomessa lilha;

(h) tiżgura li jinżammu records u reġistri xierqa biex jiġiżgurat li l-persuni responsabbli għal kull prodott tal-ikel jistgħu jiġu identifikati;

(i) toħroġ dawk il-linji ta’ gwida li jistgħu jkunu meħtieġa rigward is-sigurtà fl-ikel;

(j) tikkonsidra u tirrevedi l-effiċjenza ta’ prattiċi ta’ Sigurtà fl-Ikel li jkunu adottati minn żmien għal żmien, u tagħmel rapport dwarhom lill-Ministru għall-anqas darba fis-sena;

(k) teżerċita dawk il-funzjonijiet l-oħra li l-Ministru jista’jippreskrivi b’regolamenti; u

(l) taqdi dawk id-dmirijiet l-oħra li jistgħu jwasslu għall-aħjar twettieq tal-funzjonijiet tagħha taħt dan l-Att.

agrikoltura
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.